Ir-riħ li kien ġej mit-tramuntana, kien kessaħ kullimkien u kien qed iġorr miegħu kull xorta ta’ mbarazz li kien ġabar minn irkejjen imwarrba, postijiet abbandunati u oħrajn minn fuq xi bankini fejn kienet għaddejja l-ħajja soċjali notturna. Deher il-bieb ta’ darha jitbexxaq. Figura kemmxejn abbattuta, dehret tixref ‘il barra. Eva. Fejn kienet sejra? Għalfejn kienet tmur bil-mixi sal-palazz kull filgħaxija? X’konnessjoni kellu l-passju? L-istorja teħodna fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta u fl-Uganda, fejn niltaqgħu ma’ Eva u l-imħabba ta’ ħajjitha s-Surġent Maġġur Christopher Michael Steward. Naraw sa fejn tasal l-għira tal-ħabib tagħha Bastjan. Min kien il-Kurunell Philip Ryce? U x’pjan jitfassal ħalli l-imħabba ta’ bejn Eva u s-Surġent Maġġur titkisser? Wara li jibdlulha l-apparenza, Eva tispiċċa spija fuq il-Brigadier Frederick Ralph Henson u tgħix ħajja li mhix tagħha. Imma x’jiġri xħin tinkixef il-verita? Tgħid is-Surġent Maġġur kien verament mejjet? Min kien dak is-suldat misterjuż li kien salvalha ħajjitha? U x’jiġri dakinhar tat-tieġ tagħha? Dan ir-rumanz huwa rakkont drammatiku b’element senswali u xi ftit sopranaturali li jdaħħlek f’intriċċi li jqanqlulek kurżita sa’ xħin finalment tinkixef il-verita. Imma x’inhi l-verita? Passju.......x’inhi l-vera mħabba?