Ottubru 1937: F'nofs ta' lejl qalil, Jessica Manderley qed tiġġieled mal-mewġ kiesaħ u feroċi ftit ’il bogħod minn Malta, iggranfata ma' kaxxa li fiha hemm bintha tarbija.
Lulju 2014: Fil-bidu ta' sajf ieħor minn dawk li fihom qisu ma jiġri xejn, fid-dar ta' nanntu Jack Micallef isib ritratt antik tal-familja .F'nofshom, hemm tifla żgħira bjonda li qatt ma ra qabel. Min hi? U x'qed tagħmel fir-ritratt, qisha parti mill-familja?
Bl-għajnuna ta' sħabu, Jack jirnexxilu jiskopri l-istorja inkredibbli ta' Jessica Manderley u bintha, u jikxef sigriet li kien ilu midfun sebgħin sena.
Biss hemm ħaġa waħda li Jack għadu ma jafx: li dak kollu li qed jiġri mhux kumbinazzjoni, imma parti minn pjan maħdum bir-reqqa …
Fittixni jirrakkonta storja ta' determinazzjoni, passjoni u kuraġġ, fejn il-passat jirkeb fuq il-preżent, il-limitazzjonijiet jingħelbu, u nies ordinarji jsibu ruħhom jagħmlu affarijiet straordinarji.